Kultura Lokali Mużika

Aladin, il-lampa maġika, l-inhalers, u l-prekarjat

Pantomima tal-Milied fl-Istitut Kattoliku

Filwaqt li l-iżvilupp u l-Kostruzzjoni huma l-aktar ħaġa importanti għas-sultan Sandro Chetcuti fil-belt ta’ Asthmaba,  Jafar għandu pjan sabiex jieħu s-saltna f’idejh u jeqred is- siġar kollha, b’hekk iżid fil- bejgħ tal- inhalers. 

Aladin daqxejn ta’ ħalliel li jghix bil- prekarjat jispiċċa bejn il- basla w qoxrita, u qrib ta’ Jasmin, meta jkun hu li jsib il- Lampa maġika u l-ġenju ta’ ġo fiha: d-dama Evgenia ! Il- futur ta’ Asthmaba issa f’idejh! Tgħid isalvagħhom is- siġar jew kulħadd jispiċċa fgat bl-Asthma ?   Ovja, Aladin, storja li fis-semplicta taghha tohloq sitwazzjonijiet komici u fejn bl-igredjenti li jizdidula minhabba li hija pantomima zgur li tohloq spettaklu haj shih mimli dahq, kulur, xenarju, kant, zfin u rectar, insomma f’kelma wahda divertiment ghal familja kollha.

Zammejna hafna fidili ma l-Istorja pero ovvja li ghanda hafna elementi ohra li n-nies li jigu jarawha, jiehdu pjacir u jiddevertu…..u l-eluf li gew jarawha diga jixhdu dan kollu  Pawlu Testa, bhala producer tal-Kumpanija Teatru Rjal qed jipprezenta ghas-19 il-sena konsekuttiva dan l-ispettaklu li dejjem gibed lejn it-Teatru ta’ l-Istitut Kattoliku eluf kbar ta’ nies.    

Rodney Gauci barra li kiteb liu script ta’ din il-pantomima huwa ukoll id-dama Melania flimkien ma’ Matthew Sant Sultana bhala Aladin, Michela Galea fir-rwol ta Jasmine, Mario Cassar, Louis Andrew Cassar,  Lee-N Abela, Brian Farrugia, JurgenCiantar, Julie Pomorski, Alexia Micallef, Mariah Mangion, Leah Mifsud, Sergio Agius u Stephen Caruana  b’direzzjoni ta’  Ray Abdilla, koreografija tal-Kinectic Dance Studio b’muzika live  b’direzzjoni tas-Surmast Conrad Briffa  kif ukoll bla dubju ix-xenarju xoghol ta’ Marco Bartolo u kostumi min Noel u Marika tal-Louinoir.

Dawn huma r-rapprezentazzjonijiet li fadal:  is-Sibt 4 ta’ Jannar fis-7.30pm u l-Hadd 5 ta’ Jannar fis 6.30pm. 

Booking  ONLINE  fuq www.ktrmalta.com u minghand Booking HOTLINE 99476468