Dak li qed jasspira li fi ftit jiem ikun il-Prim Ministru tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, id-Deputat Mexxej Laburista u Deputat Prim Ministru Chris Fearne, ma riedx jiddisassoċja ruħu mill-politika ta’ mibegħda li Joseph Muscat ilu jmexxi biha lill-Partit Laburista għal dawn l-aħħar 11-il sena.
Għax filwaqt li sa mill-ewwel jiem tiegħu fit-tmexxija Laburista, Muscat kien iħobb idoqq diski differenti skont l-udjenza li kien ikollu quddiemu, fl-aħħar mill-aħħar kien juri xi jsarraf verament b’dikjarazzjonijiet li l-għadu tiegħu hu l-Partit Nazzjonalista.
U fil-ġlieda għal-Leadership, Chris Fearne jidher li qed juża’ l-istess sistema. Quddiem il-hardcore Laburista – fuq kollox, minfejn se jieħu l-vot fil-11 ta’ Jannar – iddikjara kummenti ta’ mibegħda fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista, fejn fost l-oħrajn qal li sakemm idum ħaj hu se jagħmel minnkollox biex il-Partit Nazzjonalista ma jkunx fil-Gvern u fejn qal ukoll li fuq qabru jrid l-ittri RIPN.
Iżda llum, Fearne qed iħossu skomdu ferm quddiem il-media, fejn suppost jippreżenta ruħu bħala l-bniedem tal-poplu kollu.
Fil-fatt, il-ġurnalisti preżenti għal konferenza tal-aħbarijiet ippressaw lil Fearne dwar il-kliem estremament diviżiv li lissen taħt it-tinda u f’attivitajiet fost il-Laburisti.
Iżda bħalma kien iħobb jagħmel Muscat, hawn Fearne ipprova jdawwar kliemu kif jaqbillu fiċ-ċirkostanzi. L-ewwel ipprova jgħid li hu bħal speċi kien qed jiċċajta.
C
Kienu diversi l-ġurnalisti preżenti li eżiġew risposta ċara jew apoloġija mid-Deputat Prim Ministru. Iżda mitlub jispjega kliemu, hu għażel li jdawwar wiċċu u jinjora l-mistoqsijiet ta’ Net News fejn staqsejnih kif jista’ jipproponi ruħy bħala Prim Ministru li se jgħaqqad u fl-istess ħin jagħmel dikkjarazzjonijiet diviżivi bħal ma għamel fl-aħħar jiem. Izda d-Deputat Mexxejn Laburista dawwar rasu n-naħa l-oħra u naqas milli jwieġeb.
Chris Fearne kien mistoqsi wkoll hux se jkun qed jieħu pariri mingħand Muscat f’każ li jkun is-suċċessur tiegħu u anke wara li l-Mexxej Laburista għadu kif ġie ppremjat bħala l-aktar politiku korrott fid-dinja għall-2019.
Iżda anke hawn, Fearne ried jibqa’ b’sieq fuq kull naħa, tant li injora wkoll din il-mistqosija.
Fearne kien xott ukoll meta mistoqsi dwar ir-rigali lussużi li Muscat irċieva mingħand l-imprenditur Yorgen Fenech, iżda mill-banda l-oħra għamel eloġju sħiħ lill-Kabinett magħżul minn Muscat.
Fearne kien qed jirreferi għall-Kabinett li ra lil Manuel Mallia jirriżenja minħabba sparatura mix-xufier tiegħu, lil Michael Falzon jirriżenja dwar l-iskandlu ta’ Strada Zekka, lil Konrad Mizzi mneżża’ mill-portafoll tiegħu għalkemm miżmum xorta fil-Kabinett, lil Godfrey Farrugia jitneħħa minn Ministru tas-Saħħa minħabba tinda, u fl-aħħar jiem, lil Konrad Mizzi jirriżenja bla raġuni, liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru jirriżenja wkoll skont hu bla raġuni u l-awtosospensjoni ta’ Chris Cardona wara l-allegat attentat ta’ frame-up fuqu dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. U dan kollu fost id-diversi reshuffles ordnati minn Muscat tul is-snin li għamel Prim Ministru.
//= $special ?>