Lokali

FILMAT: Atleta Maltija xxandar isem pajjiżna ma’ miljuni ta’ telespettaturi fl-Istati Uniti

L-atleta Maltija Jenise Spiteri, li tgħix fl-Istati Uniti, għamlet isem lil Malta waqt il-game show Let’s Make a Deal li ilu jixxandar fuq l-istazzjon CBS fl-Istati Uniti sa mill-2009. Din il-kompetizzjoni televiżiva hi segwita minn medja ta’ 3.3 miljun persuna għal kull episodju.

Jenise Spiteri, li hi l-unika Maltija li tirrappreżenta lil pajjiżna f’kompetizzjonijiet tal-isnowboarding fuq livell internazzjonali, kienet parti mill-udjenza ta’ wieħed mill-episodji riċenti.

Malli bi kburija esprimiet li hi Maltija, il-preżentatur popolari Wayne Brady, deher impressjonat u ripetutament staqsa mistoqsijiet dwar pajjiżna. Spiteri kompliet miegħu, fost oħrajn billi semmiet iċ-ċokon ta’ pajjiżna u fatti oħra interessanti.

Impressjonat li ltaqa’ ma’ xi ħadd minn pajjiż żgħir bħal tagħna, Wayne Brady iddedika diversi sezzjonijiet tal-episodju jiċċajta dwar id-daqs ta’ pajjiżna u jsemmi lill-poplu Malti.

Finalment, waħda mill-kompetituri saħansitra rebħet vjaġġ lejn Malta.

https://www.facebook.com/watch/?v=1018210931911438