Lokali

Jaħrab jiġri wara li qabduh b’passaport falz

L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta - Ritratt mill-arkivji

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija ta’ raġel barrani wara li allegatament ħarbilhom mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Il-każ seħħ ftit tal-ħin ilu wara li waqt li s-suspettat, li s’issa l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa – kien qed jiprova jaqbad titjira minn Malta lejn Brussell, l-uffiċjali allegtament indunaw li kellu fil-pussess tiegħu passaport falz.

Malli ntebħu b’dan kollu, il-barrani ħarab jiġri.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.