Futbol Sport

L-ewwel rebħa għal Arsenal taħt Mikel Arteta hekk kif Pogba se jiġi operat

Fl-Emirates Stadium fil-partita ta’ tard filgħaxija Arsenal kisbu l-ewwel rebħa tagħhom taħt il-kmand tal-Manager il-ġdid Mikel Arteta. Din kienet l-ewwel rebħa ‘home’ għal Gunners wara erba’ partiti.

Kienu żewġ gowls fl-ewwel taqsima li ssiġġillaw ir-rebħa ta’ Arsenal fuq Manchester United. Kien Pepe wara tmien minuti u Sokratis fit-42 minuta li taw rebħa ta’ 2-0 lil Arsenal. Il-United li ħadu l-aħbar ħażina li l-midfielder Paul Pogba se jkollu jiġi operat fl-għaksa u se jagħmel mill-anqas xahar barra.

Kienet is-solità storja għar-Red Devils fejn qegħdin ibatu mill-konsistenza. Fit-tieni taqsima r-Reds tjiebu xi ftit imma ftit li xejn impenjaw lid-difiża ta’ Arsenal li kien perfetti fl-ewwel taqsima fejn anke laqtu l-lasta.

Kif inhi t-tradizzjoni fl-Ingilterra, fl-ewwel jum tas-sena isir programm sħiħ mill-Kampjonat Premier Ingliż. Sadanittant bidu mill-aqwa għall-Manager il-ġdid ta’ West Ham David Moyes wara li West Ham għelbu lil Bournemouth 4-0.

Il-Hammers kienu diġa’ aċċertaw mit-tliet punti sa tmiem l-ewwel taqsima. Doppjetta ta’ Noble, l-ewwel fis-17-il minuta u l-35 minuta l-aħħar wieħed minn penalty u bejniethom fil-35 minuta kien skurja Sebastian Haller biex daħlu għall-mistrieħ 3-0 minn fuq. Fit-tieni taqsima kompla d-dominju ta’ West Ham fejn skurjaw ieħor permezz ta’ Felipe Anderson.

Taħt il-Manaher Nigel Pearson Watford komplew jiġbru l-punti, tliet rebħiet u draw mill-aħħar erba’ partiti. Minkejja li lgħabu għal ħinijiet konsiderevoli b’raġel inqas għelbu lil Wolverhampton Wandereres 2-1.

Watford fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls vantaġġ, l-ewwel permezz ta’ Deulofeu man-nofs siegħa logħob u Doucoure fid-49 minuta. Neto naqqas id-distakk għall-Wolves mas-siegħa logħob u għalkemm Watford spiċċaw ukoll jilagħbu b’għaxar players meta Kabasele tkeċċa b’karta ħamra diretta 20 minuta mit-tmiem.

Draw ta’ 1-1 bejn Norwich u Crystal Palace b’gowl skurjat kull taqsima. Kienu l-Canaries li fetħu l-iskor wara biss erba’ minuti logħob permezz ta’ Todd Cantwell, bl-Eagles jieħdu punt ħames minuti mit-tmiem b’gowl ta’ Connor Wickham.

L-ewwel telfa għal Carlo Ancelotti wara żewġ rebħiet kontra Manchester City bl-iskor ta’ 2-1. Il-kowċ Taljan li qabel il-partita faħħat ħafna lit-tim ta’ Pep Guardiola fejn qal li t-tim tiegħu Everton kien se jilgħab kontra wieħed mill-aqwa tims tal-Ewropa.

Manchester City fetħu żewġ gowls vantaġġ fit-tieni taqsima, b’doppjetta ta’ Gabriel Jesus fil-51 u 58 minuta. Richarlison naqqas id-distakk għat-Toffees fil-71 minuta.

Fis-Saint Mary’s Stadium Tottenhaw sfaw megħluba 1-0 minn Southampton b’gowl ta’ Danny Ings fis-17-il minuta biex l-eks attakkant ta’ Liverpool għen lit-tim tiegħu jiksbu tliet punti oħra mportanti filwaqt li kompliet l-inkonsistenza għat-tim ta’ Josè Mourinho bit-tieni telfa f’erba’ logħbiet.

Leicester reġgħu sabu l-forma u ħarġu rebbieħa 3-0 f’St James’ Park kontra Newcastle. Kienet rebħa importanti għall-Foxes li naqqsu d-distakk fil-quċċata tal-klassifika għal 10 punti, għalkemm il-leaders Liverpool lgħabu żewġ partiti anqas.

Leicester fetħu żewġ gowls vantaġġ fl-ewwel taqsima permezz ta’ Ayoze Perez u James Maddison li skurjaw fis-36 u d-39 minuta rispettivament. Hamza Choudhury skurja t-tielet gowl tliet minuti mit-tmiem biex aċċerta mit-tliet punti għal Leicester li għal darba oħra kienu mingħajr l-imweġġa Jamie Vardy.

Wara sensiela ta’ diżappunti rebħa mportanti għal Aston Villa barra minn darhom biex telgħu punt miż-żona l-ħamra dan wara li għelbu lil Burnley 2-1 barra minn darhom. Kien Wesley li fetaħ l-iskor għall-Villians fil-21 minuta, filwaqt li Jack Grealish irdoppja fil-41 minuta. Chris Wood naqqas id-distakk għal Burnley 10 minuti mit-tmiem.

B’wirja kbira fit-tieni taqsima Brighton & Hove Albion irnexxielhom jieħdu punt b’gowl tal-istampa mill-Iranjan Alirenza Jahanbakhsh sitt minuti mit-tmiem. Ġest atletiku mill-aqwa meta b”rovesciata’ mill-isbaħ ġab il-gowl tad-draw. Kien Cesar Azpilicueta kien fetaħ l-iskor għall-Blues wara 10 minuti.

Il-programm ta’ partiti jagħlaq il-Ħamis fil-għaxija fid-9.00pm bil-partita Liverpool kontra Sheffield United f’Anfield. Ir-Reds għadhom l-uniku tim bla telfa f’dan l-istaġun u rebħa kontra t-tim promoss tkun tfisser li jiftħu 13-il punt vantaġġ, u xorta jibqgħu b’partita nieqsa meta jkun fadlilhom jilagħbu l-logħba kontra West Ham.

Din ma ntlagħbitx li minħabba t-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs fil-Qatar fejn fiha t-tim ta’ Jurgen Klopp kien għeleb fil-finali lil Flamingo tal-Brażil 2-1 wara l-ħin barrani.

Il-weekend li ġej ma hemmx partiti tal-kampjonat bl-attenzjoni tiffoka fuq ir-raba’ round tal-FA Cup fejn hemm partiti s-Sibt, il-Ħadd u t-Tnejn. Partiti mistennija huwa dawk bejn Wolverhampton Wanderers kontra Manchester United li se tintlagħab is-Sibt fis-6.31pm. id-derby ta’ Merseyside bejn Liverpool u Everton se jintlagħab il-Ħadd fil-5.01pm biex it-Tnejn Arsenal jilqgħu lil ‘leaders’ taċ-Championship Leeds United fid-8.56pm. Hemm 20 partita s-Sibt, 11-il partita l-Ħadd u waħda t-Tnejn kollha validi għal FA Cup.