Se jibqa’ jimxi ma’ dak li ddikjara u allura l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici se jkompli jagħti l-appoġġ tiegħu lil Chris Fearne fil-ġlieda għal-Leadership Laburista minkejja li l-dan tal-aħħar qabad miexi b’ kampanja ta’ firda u mibegħda.
Riċentament, f’diversi attivitajiet li qed jorganizza bħala parti mill-kampanja tiegħu biex jieħu post Muscat, id-Deputat Mexxej Laburista Chris Fearne uża’ kemm-il darba kliem li aktar iwassal għall-firda milli għall-għaqda fil-pajjiż.
Iżda l-Ministru Owen Bonnici, mistoqsi minn NET News jekk jikkundannax din li-kampanja ta’ firda, wieġeb li hu ma jridx jikkummenta dwar dak li jingħad minn Chris Fearne u Robert Abea waqt il-ġlieda għal-Leadership.
Ftit ħin biss wara li Fearne tefa’ n-nomina għas-siġġu ta’ Muscat, il-Ministru Owen Bonnici kiteb fuq Facebook li jemmen li dan hu l-ideali biex imexxi l-Partit Laburista u għalhekk qed jappoġġjah bis-sħiħ.
Il-ġlieda għal-Leadership Laburista qed issir fid-dell tqil li Muscat ħalla l-Partit fih wara l-akbar kriżi politika li għadu għaddej minnu l-pajjiż.
Dan hekk kif fl-aħħar ġimgħat tas-sena li għaddiet rajna l-Gvern Laburista mheżżeż diversi drabi b’akkużi serji ħafna ta’ korruzzjoni u oħrajn b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
//= $special ?>
