Lokali Saħħa

Pazjenti fil-kesħa fl-isptar Mount Carmel

F’dawn il-ġranet kiesħa tax-xitwa, hekk kif it-temperturi qed ikomplu jinżlu u l-arja issa kesħet sew, il-pazjenti u l-ħaddiema fis-sala San Ġorġ Preca fl-isptar Mount Carmel qed ikollohom joqgħdu fil-kesħa hekk kif is-sistema tal-arja kondizzjonata mhux taħdem.

Qraba ta’ pazjenti li jinsabu rikoverati l-isptar bħalissa qalu li fost nuqqasijiet oħra f’dan l-isptar, din tan-nuqqas ta’ sistema li ssaħħan is-sala qed tħalli lil dawk kollha rikoverati hemm kif ukoll l-istaff li jaħdmu hemm, jissaportu kesħa xxoqq l-għadam.

L-istess persuni li tkellmu ma’ Net News qalulna li huma għamlu diversi lmenti dwar is-sitwazzjoni, iżda l-problema baqgħet ma ssolvietx.