Lokali Qorti

Akkużat li weġġa’ lis-sieħba u lit-tifel tagħha

Raġel ittella’ l-Qorti akkużat li weġġa’ ħafif lis-sieħba tiegħu u lil binha u li heddidhom.

Il-każ seħħ fl-1 ta’ Jannar filwaqt li ż-żewġ persuni ġew mhedda l-għada tal-każ. Hu kien akkużat wkoll li għamel użu ħażin minn tagħmir ta’ komunikazzjoni u li sar riċediv.

Fl-aħħar, il-Qorti ħadet deċiżjoni li r-raġel jingħata sentenza ta’ probation għal tliet snin. Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace fakkritu li l-irwol ta’ raġel f’relazzjoni hu dak li jipproteġi lil dawk li jħobb u mhux iweġġahom filwaqt li qaltlu li x-xorb u l-provokazzjoni m’għandhomx jintużaw bi skuża għal dan.