Futbol Sport

Dejan Kulusevski jiffirma ma’ Juventus

Juventus ħadu lill-Isvediż ta’ 19-il sena Dejan Kulusevski li dan l-istaġun qed jilgħab ma’ Atalanta u huwa misluf lil Parma. Fil-fatt Kulusevski se jkompli jilgħab sal-aħħar tal-istaġun ma’ Parma.

“La Vecchia Signora” kellhom iħallsu £30million għal dan il-plejer promettenti, u li l-flus għal dan it-trasferiment se jitħallsu f’ħames perjodi. Il-ħlas għal dan il-plejer jista’ saħansitra jitla’ b’€9million oħra u dan kollu huwa bbażat fuq il-kuntratt u l-progress tal-plejer, liema kuntratt sar sal-2024.

Kulusevski lgħab 19-il partita sa issa dan l-istaġun. Huwa skurja erba’ gowls u kellu wkoll seba’ assists. Il-firma ta’ dan il-plejer ikkonfermat ukoll li ċ-Champions Taljani minbarra li jridu s-suċċess immedjat qegħdin ukoll jaħsbu bis-sħiħ għall-futur tal-klabb.