Lokali

Ferħ ta’ qattus salvat mill-Protezzjoni Ċivili wara lejl jingħi fiċ-ċentru tal-Belt

Ferħ ta’ qattus ġie salvat minn membri tal-Protezzjoni Ċivili hekk kif kien ilu mill-inqas lejl maqbud is-sulari ‘l fuq u fit-tarf.

Resident għamel rapport lil Animal Welfare iżda sfortunatament għal bidu ma seta’ jsir xejn minn naħa tagħhom hekk kif kien f’għoli u f’post fejn diffiċli taċċessah. Minn hemmhekk bdiet ħidma minn membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn permezz ta’ vettura tat-tifi tan-nar setgħu jaslu għall-ferħ li kien jinsab viċin Triq Merkanti, fil-Belt Valletta.

Il-ħidma ta’ salvataġġ tal-ferħ ma kinitx waħda faċli hekk kif il-ferħ beda jibża’ minn dawk li bdew jersqu qrib u saħansitra kien hemm drabi li daħal jistaħba fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-bini.

Fortunatament, il-ferħ ta’ lewn iswed u abjad ġie salvat u tniżżel f’post iktar sigur.

Il-ferħ ittieħed minn Animal Welfare biex jassiguraw li jinsab f’kundizzjoni tajba.