Il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku li esperjenza pajjiżna fl-aħħar jiem ħalla impatt ħażin fuq in-negozji.
Waqt li kienu mistednin fuq il-programm Net Live, kemm Tony Zahra f’isem l-MHRA, Abigail Mamo f’isem il-GRTU kif ukoll David Xuereb f’isem il-Kamra Maltija tal-Kummerċ esprimew id-diżappunt tagħhom għal din is-sitwazzjoni.
Tony Zahra, il-President tal-MHRA saħaq li ma jistax ikun li wara l-investimenti kollha li saru pajjiżna llum il-ġurnata jesperjenza qtugħ fil-provvista tal-elettriku. U ma jistax ikun li n-negozji jkollhom jirrikorru għal mezzi oħra biex in-negozju ma jkunx affettwat minħabba sitwazzjonijiet simili.
Tony Zahra qal li pajjiżna għandu bżonn min hu kapaċi jisspulixxi l-elettriku l-ħin kollu.
Abigail Mamo f’isem il-GRTU qalet li minħabba f’hekk kien impatt qawwi fuq in-negozju.
Anke David Xuereb f’isem il-Kamra Maltija tal-Kummerċ qal li ma jistgħux jifhmu kif, minkejja l investiment li sar, għadna nesperjenzaw qtugħ fil-provvista tal-elettriku.
Intant l-editorjal tal-gazzetta Times of Malta tal-Ġimgħa wkoll indirizza s-sitwazzjoni tal-qtugħ tad-dawl f’pajjiżna. Bit-titlu Blackouts cannot be tolerated, l-editorjal jappella lill-Gvern sabiex jirrevedi l-politika tiegħu għall-enerġija ta’ pajjiżna, Dan għaliex s’issa kollox qed jindika li l-wegħdiet kollha li saru lill-poplu dwar dan is-settur ma ġewx milħuqa.
//= $special ?>