F’Ottubru li għadda, ħaddiema ta’ Ministeru f’ Malta mmodifikaw il-paġna ta’ Wikipedia tal-Membru Parlamentari Ewropew Pietr Omtzigt, il-politiku Olandiż li hu voċiferu kontra l-Gvern Laburista Malti.
F’intervista lil ġurnal Olandiż, Omtzigt jiddikjara li minn investigazzjoni li għamel sab li xi ħadd biddel l-informazzjoni fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook. Dan bl-iskop li jiġi attakkat.
Eventwalment sar magħruf li l-modifika saret minn IP Address irreġistrat f’Ministeru Malti … jiġifieri li ħaddiema jew uffiċjali ta’ Ministeru mhux identifikat użaw kompjuters u l-internet tal-Ministeru biex jattakkawh.
Fl-intervista, Omtzigt iddikjara wkoll li l-Gvern Malti ħallas aġenzija Ingliża li tispeċjalizza fir-relazzjonijiet pubbliċi biex tikkuntattjah wara li talab investigazzjoni indipendenti dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Pietr Omtzigt, li kien parti minn żewġ delegazzjonijiet li żaru pajjiżna biex jinvestigaw ir-rule of law f’Malta, jgħid li l-attitidni ostili mill-Gvern Malti ma waqfitx hawn. L-iktar missjoni riċenti kienet ftit ġimgħat ilu.
Fl-intervista lill-ġurnal Olandiż, Omtzigt jiddikjara li din il-missjoni f’Malta kienet waħda mill-itqal biċċiet ta’ xogħol li kellu jagħmel matul il-karriera tiegħu.
“F’Malta kont il-ħin kollu taħt sorveljanza tal-Pulizija,” qal Omtzigt, li jinnota li l-attakki fuqu mill-Gvern Laburista żdiedu meta ntagħżel biex imexi din id-delegazzjoni.
Fakkar ukoll kif Keith Schembri, l-eks Chief of Stat ta’ Muscat, u Konrad Mizzi, rreżistew it-talbiet għar-riżenja meta fil-Panama Papers nkixfu li ħbew kumpaniji fil-Panama.
Waqt li jikkundanna lill-Prim Ministru Joseph Muscat bħala bniedem b’poter esaġerat, Omtzigt jgħid li pajjiżna għadu dgħajjef quddiem il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus waqt li l-Gvern jinsisti li jbiegħ il-passaporti lil persuni dubjużi. L-aġir tal-mexxej Laburista wassal biex l-MEP Olandiż jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tieħu sanzjonijiet drastiċi fuq Malta … xi ħaġa li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma taqbilx magħha għax tiddikjara li ċ-ċittadini ġenwini f’Malta m’għandhomx ibatu għal dak li għamlu dawk f’Kastilja.
//= $special ?>