Lokali

Jitlef il-kontroll tal-karozza u jaħbat f’siġra

Sewwieq qed isofri minn feriti serji hekk kif tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel f’siġra.

L-inċident seħħ fil-limiti tal-Għajn il-Kbira fis-Siġġiewi hekk kif għall-ħabta tat-7.45 ta’ dalgħodu, is-sewwieq ta’ 36 sena mill-Imtarfa tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassistu lir-raġel. Hu ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.