Futbol Sport

Juninho ta’ Xewkija Tigers jirbaħ il-GFA Plejer tax-Xahar għal Novembru

(Ritratt: BOV)

L-attakkant ta’ Xewkija Tigers Jose Carlos Nogueira Junior rebaħ il-BOV Plejer tax-Xahar għal Novembru. Il-Brażiljan magħruf aħjar bħala Juninho, ngħaqad ma’ Xewkija f’dan l-istaġun wara li fil-karriera tiegħu lagħab fil-Bulgarija, l-Armenja u t-Turkija.

Juninho kien il-protagonist ewlieni fir-rebħa kbira ta’ 8-1 li Xewkija Tigers kellhom fuq Munxar Falcons fil-fażi preliminari tat-Tazza GFA. Hu kien skorja l-gowl tad-draw u kien importanti f’diversi azzjonijiet li wasslu biex Xewkija kabbru l-vantaġġ. Hu kellu prestazzjoni tajba wkoll fir-rebħa ta’ 2-0 li Xewkija kellhom fuq Xagħra United fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni.

Juninho rċieva t-trofew mill-Uffiċjal Kap tal-BOV Horace Laudi, bil-plejer ta’ Xewkija jagħżel lill-Fondazzjoni Arka biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata mal-premju.