Basketball Sport

Kors għar-referees u uffiċjali tal-mejda mill-Malta Basketball Association

(Ritratt: Joseph Galea)

Fil-ġranet li ġejjin l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball se torganizza kors għar-referees u uffiċjali tal-mejda. Il-kors jibda t-Tnejn li ġej u jintemm is-Sibt 8 ta’ Frar.

Dan il-kors ser ikun fuq sitt sessjonijiet u se jinkludi materjal ġdid awdjo-viżiv kif ukoll se jipprovidi għarfien fid-dettall tar-regolamenti tal-basketball. Is-sessjonijiet se jitmexxew mir-referee internazzjonali Bernard Vassallo, li huwa kwalifikat bħala FIBA instructor kif ukoll Direttur tar-referees fi ħdan l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball.

Il-kors huwa miftuħ għal kull min hu interessat li jsir referee, għal kull min jixtieq jitgħallem iżjed dwar il-logħba tal-basketball, għal studenti li għandhom l-għażla tal-basketball għall-eżamijiet tal-MATSEC jew f’livell intermedjarju kif ukoll għal studenti li qed jaqraw għax-xjenza tal-isport jew l-edukazzjoni fiżika.

Kull min hu interessat huwa mitlub jibgħat email lil bvassallo@mba.org.mt, bl-applikazzjonijiet jagħlqu l-Ħadd 5 ta’ Jannar.

Id-dati tal-kors

It-Tnejn 6 ta’ Jannar

Module 1: Kriterji tal-logħob/Regolamenti/Vjolazzjonijiet – 6.15pm – 8.15pm

Is-Sibt 11 ta’ Jannar             

Module 2:  Fawls u Sinjali – 3.00pm – 5.15pm

Is-Sibt 18 ta’ Jannar

Module 3:  L-Uffiċjali tal-Mejda – 3.00pm – 5.15pm –

Is-Sibt 25 ta’ Jannar

Module 4: Mekkanika tar-referees (Prattika) – 3.00pm – 5.15pm

It-Tnejn 27 ta’ Jannar

Module 3: Sitwazzjonijiet Speċjali/L-Uffiċjali tal-Mejda – 6.15pm – 8.15pm

Is-Sibt 8 ta’ Frar

Osservazzjoni Video u Eżami – 3.00pm – 5.15pm