Internazzjonali

L-Amerika tipprojbixxi l-użu ta’ wħud mill-e-cigarettes

Ritratt: vaping360.com

Hekk kif bdiet sena ġdida, l-Amerika bdiet bl-ewwel liġijiet bl-iktar waħda li se tkun qed taffettwa lin-nies hi dik tal-projbizzjoni ta’ wħud tal-e-cigarettes.

L-e-cigarettes li mhux se jkunu jistgħu użati iktar huma dawk b’irwejjaħ tal-frott u zekka. Dawn jiġu użati l-iktar minn żgħażagħ ta’ taħt id-19-il sena.

Din l-azzjoni ttieħdet hekk kif 55 persuna mietu kawża tagħhom filwaqt li iżjed minn 2,500 persuna oħra ddaħlu fi sptar minħabba feriti varji. Hu maħsub li l-aċetat tal-vitamina e, hi waħda mill-kimiċi li wieħed isib fil-likwidu tal-vaping hi l-ħtija ewlenija ta’ diversi ta’ problemi ta’ saħħa relatati ma’ dan it-tipjip.

L-azzjoni ilha tiġi kkunsidrata iktar minn sena sakemm fl-aħħar ittiehdet id-deċiżjoni li tiġi fis-seħħ madwar l-istati fl-Amerika.

Il-Korea t’Isfel, l-Indja, il-Brażil u ċ-Ċina ħabbru restrizzjonijiet simili.