Futbol Sport

Liverpool jgħelbu lil Sheffield United biex issa ilhom sena ma jitilfu fil-kampjonat

  • Iċ-Champions tal-Ewropa u tad-Dinja Liverpool għamlu pass ieħor fit-tentattiv tagħhom li jirbħu l-kampjonat wara nuqqas ta’ 30 sena b’rebħa ta’ 2-0 fuq Sheffield United biex għamlu sena kalendarja sħiħa mingħajr telfa.
  • Manchester City kienu l-aħħar tim li għelbuhom 12-il xahar ilu u dan seħħ wara 37 partita. It-tim ta’ Jurgen Klopp issa jinsabu 13-il punt fuq l-eqreb rivali Leicester City u lgħabu wkoll partita anqas.
  • Kien Salah wara biss erba’ minuti li poġġa lir-Reds fil-vantaġġ wara biss sitt minuti biex sitt minuti wara l-gowlkiper Dean Henderson għamel save mirakoluż fuq l-Eġizzjan biex żamm li t-tim tiegħu fil-partita.
  • Liverpool komplew jamminstraw il-partita anke jekk il-United kellhom il-mumenti tagħhom iżda kien Sadio Mane li għalaq il-partita fl-64 minuta għal rebħa oħra.