Joseph Muscat qatta’ mill-inqas 15 mis-70 siegħa fis-suppost btala tal-familja f’Dubaj f’titjiriet u ħin ta’ stennija fl-ajruporti.
Minn artiklu fit-Times of Malta joħroġ li għal din il-btala, il-Prim Ministru u l-familja tiegħu vjaġġaw 4000km lejn Dubaj biex iqattgħu biss 55 siegħa f’dan il-pajjiż.
Din ma kinitx l-ewwel darba li Muscat mar lejn Dubaj fl-eqqel ta’ kriżi politika.
Lura fl-2016 il-Prim Ministru nefaq madwar 11,000 ewro biex joqgħod f’waħda mill-iktar hotels lussużi f’Dubaj, ftit ġimgħat wara li l-eks Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u l-eks Ministru Konrad Mizzi fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama.
//= $special ?>