Lokali

Tinqaleb bil-karozza wara ħabta ma’ karru

Mara sofriet ġrieħi gravi wara li kellha impatt ma’ karru li kien wieqaf fil-ġenb tat-triq. B’konsegwenza ta’ dan, il-karozza nqalbet.

L-inċident seħħ fi Triq id-Dejma, Ħal Tarxien meta għal xi raġuni, il-mara ta’ 36 sena residenti Ħaż-Żabbar ħabtet mal-karru għall-ħabta tas-5.40 ta’ dalgħodu.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u permezz ta’ ambulanza ħadu lil mara l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.