Bħala parti minn serje ta’ programm ma’ diversi assoċjazzjoni Ewropej, ir-referees Elite tal-Futsal Clinton Cassar u Jonathan Mallia se jikkontrollaw logħbiet fl-Iżvezja u n-Norveġja rispettivament.
Illum fis-1.30pm, ir-referee numru 1 ta’ Malta Clinton Cassar se jikkontrolla l-logħba bejn Örebro SK u Borås AIK f’ Örebro. Flimkien miegħu se jkun hemm ir-referee tal-FIFA David Glavonjic u r-referee Elite Mauritz Grendin li t-tnejn huma Żvediżi.
Cassar se jikkontrolla wkoll il-logħba deċiżiva bejn Athletic FC Eskilstuna and Hammarby IF li bħalissa jinsabu fl-ewwel żewġ postijiet fil-kampjonat Żvediż. Haris Curovac u David Glavonjic se jkunu ż-żewġ referees l-oħra. Il-logħba tintlagħab il-Ħadd 5 ta’ Jannar fil-5.15pm fis-Stiga Sports Arena.
Jonathan Mallia se jkun fl-azzjoni s-Sibt 25 ta’ Jannar fil-kampjonat Norveġiż. Hu se jikkontrolla l-logħba bejn Sandefjord u l-leaders Ulteira filwaqt li l-Ħadd 26 ta’ Jannar se jikkontrolla l-logħba bejn OSI u Ulteira. Ir-referee tal-FIFA Omar Rafiq u l-eks referee internazzjonali Bjorn Tore Tyedt se jkunu ż-żewġ uffiċjali l-oħra fil-logħbiet.
//= $special ?>