Lokali

Aktar piżijiet biex tara lil qrabatek

Dawk kollha li jmorru ċ-Ċimiterju tal-Addolorata qed jintalbu jħallsu €3 biex jidħlu bil-karozza.

Peress li n-naħa t’isfel taċ-ċimiterju tinsab magħluqa, l-anzjani qed ikollhom jidħlu min-naħa ta’ fuq u jinżlu bil-karozza. Dan għaliex kulħadd jaf kemm hu kbir dan iċ-ċimiterju, u għalhekk ikun wisq ta’ strapazz jekk dawn jinżlu bil-mixi.

Diversi nies li tkellmu ma’ Net News saħqu li huwa tal-mistħija li qed isir qligħ minn fuq post fejn wieħed imur biex iżur lill-għeżież tiegħu li jkunu ħallew din id-dinja.