Minkejja li kwanlunkwe makkinarju jista’ jġarrab ħsarat, il-qtugħ konsiderevoli u b’mod konsistenti fil-provvista tal-elettriku ta’ dawn l-aħħar jikxef ir-roadmap fl-enerġija tal-Partit Laburista fil-Gvern huwa mxaqqaq sew. Dan qalitu Mel Hart, eks-kelliema tal-Enemalta, f’opinjoni li kitbet fuq il-gurnal The Times of Malta.
B’dak li stqarret l-Enemalta fil-konferenza tal-aħbarijiet li sejħet b’urġenza Lejlet l-Aħħar Sena, Hart qalet li huwa aktar minn ovvju li l-aqwa investiment li sar fl-enerġija f’pajjiżna huwa l-interconnector. Dan għaliex huwa bil-qabda aktar effiċjenti u ta’ benefiċċju għal Malta li tixtri minn suq liberali Ewropew tal-enerġija permezz interconnectors differenti.
L-istess interconnector sar frott il-viżjoni ta’ Gvern Nazzjonalista u b’fondi tal-Unjoni Ewropea, fost kritika tal-Partit Laburista, dak iż-żmien fl-Oppożizzjoni.
Għalhekk wieħed jistaqsi jekk qattx kellna bżonn il-power station tal-Electrogas. Hija qalet li kieku l-Gvern Laburista investa fit-tieni interconnector, li kien jiswa madwar €100 miljun flok il-powerstation tal-gas għal nofs biljun ewro, u żamm l-impjanti l-antiki weqfin minflok ġew żarmati, ma konniex nispiċċaw f’din is-sitwazzjoni.
L-akbar żball tal-Lejber kien li pprivatizza l-qasam tal-enerġija lix-Shanghai Electric u lill-Electrogas. Hija ddeskriviet dan bħala ġenn tal-moħħ għaliex flok stenniet id-dħul mill-investiment li kienet għadha kif għamlet l-Enemalta fuq l-impjant tal-BSWC, din sabet il-bejgħ tagħha.
B’aktar minn nofs il-ġenerazzjoni tal-enerġija pprivatizzata, l-Enemalta tilfet kwanlunkwe flessibbiltà li kelha, kemm fix-xogħol ta’ kuljum kif ukoll meta jinqata’ d-dawl għaliex m’għandhiex ir-riżorsi immedjati biex tforni lura lill-pajjiż bl-elettriku.
Il-ħsara li ġarrab l-interconnector dan l-aħħar kixef kif il-Gvern Laburista la ħaseb fuq il-ġenerazzjoni tal-enerġija fil-passat u wisq aktar ma kellu ebda pjan fl-enerġija f’dawn is-7 snin li għaddew, tant li l-pjan ta’ emerġenza ħarbilhom minn rashom. Dan hekk kif kellhom ferneżija biex jagħlqu l-powestations tal-Marsa u parti mid-Delimara l-antika biex jippuppaw sidirhom quddiem il-kamera għar-ritratti u jiksbu 4 voti mid-distrett. Hija temmet tgħid kif il-pjan tal-enerġija tal-Partit Laburista ma kien xejn aktar minn ħadma f’wiċċ il-poplu Malta sabiex tinbena l-powerstation tal-gas.
//= $special ?>