Lokali

Impjieg ieħor għal Jason Micallef

Il-lista ta’ impjiegi ta’ Jason Micallef tkompli tiżdied. Dan hekk kif kien konfermat bħala Chariman ta’ Sports Plus Ltd, kumpanija fi ħdan il-Malta Football Association fejn se jkun qed jieħu ħsieb il-kampijiet ta’ taħriġ ta’ timijiet barranin li jiġu f’Malta.

Sports Plus Ltd ilha mwaqqfa għal din l-aħħar sena, iżda minn informazzjoni li waslet għand Net News jidher li Micallef inħatar f’din il-kariga f’dawn l-aħħar ftit xhur.

Apparti din il-kariga, Jason Micallef huwa ċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali Belt Valletta, li kienet il-Fondazzjoni V18, huwa wkoll responsabbli mill-koordinament tal-proġett tal-estensjoni tal-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali. Micallef jokkupa wkoll il-kariga ta’ Chairman tal-media tal-Partit Laburista.