Internazzjonali

Jissejħu 3000 riżervisti

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison ħabbar li ssejħu mat-3,000 riżervisti sabiex jassistu fin-nirien kbar li jaħkmu l-pajjiż, azzjoni bla preċedent fl-istorja tal-Awstralja.

F’partijiet mix-Xlokk tal-Awstralja, it-temperaturi qabżu l-40 grad Celsius bil-ġurnata tas-Sibt tkun meqjusa bħala waħda partikolarment perikoluża.

Ċertu partijiet fil-Lvant tal-iStat ta’ Victoria jinsabu fi stat ta’ emerġenza tant li residenti kienu mwissija li issa hu tard wisq biex iħallu z-zona u għandhom isibu kwalunkwe forma ta’ lqugħ fir-residenzi tagħhom.

Mat-23 persuna inqatlu min-nirien u għexieren ta’ persuni huma rapportati nieqsa minn Settembru ‘l hawn u eluf kbar ta’ annimali, siġar u pjanti sfaw meqruda. Sa issa mal-1,500 residenza inqerdu għal kollox.