Lokali

Karozza tibqa’ dieħla f’erba’ karozzi pparkjati

Ħadd ma weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seta’ kellu konsegwenzi serji. L-inċident seħħ ħall-ħabta tas-1.45pm fi Triq il-Kbira San Ġużepp f’Santa Venera.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li BMW li kienet misjuqa minn ġuvni ta’ 18-il sena kellha impatt ma’ erba’ karozzi li kienu pparkjati fl-imsemmija triq. Wara dan l-impatt, il-BMW baqgħet dieħla wkoll f’residenza privata.

Fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.