Internazzjonali

Missila tolqot zona qrib l-Ambaxxata Amerikana f’Baghdad

FILE - In this Feb. 23, 2017 photo, U.S. Army soldiers stand outside their armored vehicle on a joint base with Iraqi army south of Mosul, Iraq. Iraqi security officials say 17 Katyusha rockets have hit an Iraqi air base south of the city of Mosul that houses American troops. The two officials say there are no immediate reports of casualties from the attack, which occurred on Friday, Nov. 8, 2019. (AP Photo/ Khalid Mohammed, File)

Missila laqtet zona qrib l-ambaxxata Amerikana f’Baghdad, sigħat biss wara l-funeral tal-Ġeneral prominenti Iranjan, Qassem Suleimani

Il-folla li attendiet għall-funeral ta’ Suleimani, sigħat qabel l-attakk, kantaw kliem bħal “mewt lill-Amerka” wara l-qtil tal-istess Ġeneral Iranjan f’attakk mill-ajru.

L-attakk bil-missila fuq il-kapitali Iraqqina ma ħalliex midruba.

Sadanittant, żewġ missili Katyusha niżlu qrib il-bażi militari Iraqqina, użata bħala bażi Amerikana. Anke hawn ma kien hawn l-ebda vittmi.

Seħħew attakki wkoll f’zoni oħra f’Baghdad, fosthom f’Jadriya, fejn skont rapporti kien hemm ħames persuni li sofrew ġrieħi.

Rapport tal-militar Iraqqin qal li għadd ta’ missili niżlu fuq Celebration Square, Jadriya u l-bażi militari f’Salahuddin, iżda ma kien hemm ebda vittmi.