Tmien xhur wara li b’tant pompa l-Kunsill Lokali Laburista ta’ Ħad-Dingli inawgura faċilitajiet ta’ E-Bike Sharing, dawn ir-roti qatt ma ntużaw.
Kien qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, lura f’Mejju tas-sena li għaddiet, li l-Kunsill Lokali stieden lill-Ministru Ian Borg biex jinawgura dan il-proġett.
Dan il-proġett sewa’ xejn inqas minn €70,000 … u anke din iċ-ċifra tqajjem dubji kbar.


