Sport Sport Ieħor

Alonso fil-11-il post wara l-ewwel stadju tar-Rally ta’ Dakar

(Ritratt: EPA)

Id-darbtejn rebbieħ tal-kampjonat tal-Formula 1 Fernando Alonso spiċċa fil-11-il post fl-ewwel stadju tar-Rally ta’ Dakar fl-Arabja Sawdija. L-Ispanjol li qed jagħmel id-debutt fil-kompetizzjoni ma’ Toyota, għandu l-mira li jsir l-ewwel champion tad-dinja tal-Formula 1 li jirbaħ ir-Rally ta’ prestiġju.

Alonso spiċċa kwarta wara r-rebbieħ tal-istadju Vaidotas Zala f’rotta ta’ 752 kilometru minn Jeddah għal Al Wajh. It-tieni stadju tal-lum hu 393 kilometru minn Al Wajh għal Neom. Zala għandu vantaġġ ta’ żewġ minuti u 14-il sekonda fuq it-13-il darba rebbieħ Stephane Peterhansel u Carlos Sainz, it-tlieta sewwieqa fuq Mini.

Iċ-champion renjanti Nasser Al-Attiyah kien fuq quddiem għal aktar minn 200 kilometru iżda spiċċa l-istadju fir-raba’ post wara problema mekkaniċi fuq il-karozza Toyota tiegħu. Iċ-champion renjanti tal-muturi l-Awstraljan Toby Price rebaħ l-ewwel stadju qabel l-Amerikan Ricky Brabec u l-Awstrijak Matthias Walkner.