Lokali

GWERRA FIL-MIFTUĦ: It-tesserati Laburisti urtati li d-deputati żbilanċjaw ruħhom

Sitt ijiem qabel l-elezzjoni għall-Mexxej tal-Partit Laburista kompliet tiħrax il-qasma bejn it-tesserati Laburisti, b’mod speċjali għax il-membri tal-Kabinett ta’ Joseph Muscat sfaċċatament ħadu n-naħat.

Fost l-aħħar membri parlamentari Laburisti li żbilanċaw ruħhom kien il-Ministru għat-Trasport Ian Borg fejn waqt attività organizzata mill-kandidat Chris Fearne, Borg ta s-sostenn tiegħu lid-Deputat Prim Ministru.

Kien bosta dawk li fuq il-midja soċjali kkumentaw qatta bla ħabel kontra dawn it-tattiċi fejn f’kummenti minnhom saħqu li jħossuhom taħt it-tmexxija tal-Korea ta’ Fuq. Oħrajn saħqu li t-tesserati għandhom jitħallew jiddeċiedu waħedhom u mhux bħal ma’ qal Ian Borg stess – jiġu konvinti jagħmlu għazla flok oħra.

Minkejja li l-Lejber qed jiprova jpinġiha mod ieħor, il-verità hija li t-taqtiegħa bejn Chris Fearne u Robert Abela qed tiħrax – bl-aħħar stħarriġ u l-fatti tal-aħħar jiem juri li l-maġġoranza tal-membri parlamentari Laburisti jridu lil Fearne filwaqt li t-tesserati qed ixaqilbu lejn Abela.

Għalhekk id-domanda aħħarija tasal naturali – ġaladarba l-eżitu jwassal lil Abela fit-tmun tal-pajjiż x’ser ikun il-pass segwenti tal-Ministri ewlenin li taw l-appoġġ lil Fearne?