Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet wara li fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu vettura pparkjata nbelgħat min-nirien fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ ftit qabel is-siegħa ta’ filgħodu fi Triq San Gejtanu meta membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew msejħa fuq il-post wara li l-karozza tal-għamla Toyota Vitz nħakmet mill-fjammi.
Filwaqt li l-pumpiera kkontrollaw in-nirien, il-Maġistrat Rachel Montebello qed tmexxi inkjesta maġisterjali fejn ħatret l-esperti sabiex jassistuha.
Kull min għandu x’informazzjoni dwar dan il-każ għandu jinforma lill-Pulizija minnufih.
//= $special ?>

