‘Mumenti diffiċli li bl-għaqda u l-perserveranza nistgħu negħlbuhom.’
Dan kien il-messaġġ komuni mid-diskorsi tal-Kelliema tal-Partit Nazzjonalista waqt attività politika f’Ħal Tarxien.
Carm Mifsud Bonnici, Deputat Nazzjonalista u President tal-Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista, qal li l-Partit Nazzjonalista qed ikun il-katalista tal-bidla li dan il-pajjiż għandu bżonn b’politika ta’ għaqda, paċi u konverġenza.
Iddikjara li hemm bżonn li nsostnu iżjed lill-Partit u nuru iżjed l-appoġġ tagħna għall-verità.
Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi saħaq li pajjiżna jixraqlu aħjar mill-kriminalità li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru nħakem minnha.
Huwa żied jgħid li s-sewwa jirbaħ żgur iżda biex is-sewwa jirbaħ hemm bżonn ta’ perseveranza bħal tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista li bis-saħħa tiegħu l-poplu issa jista’ jara r-rapport Egrant.
Min-naħa tiegħu Charles Bonello, ko-ordinatur tal-Kunsilli Lokali tal-Partit Nazzjonalista, appella lill-kunsilliera biex jibqgħu viġilinti u jkunu iżjed viċin in-nies f’dawn il-waqtiet diffċili.
Qal li l-legat ta’ dan il-Gvern mhux se jkun biss il-korruzzjoni li hija bla limiti, iżda wkoll l-isfreġju ambjentali u n-nuqqas ta’ pjan infrastrutturali li kompla jxejjen ż-żoni miftuħa ta’ pajjiżna
Diskorsi li fihom deher biċ-ċar il-messaġġ komuni favur il-verità u l-ġustizzja għal pajjiż li jixraqlu aħjar.
//= $special ?>