Madwar nofs Malta bħalissa tinsab bla dawl hekk kif għal darboħra inqatgħet il-provvista tad-dawl għall-ħabta tat-8:30
Il-lokalitajiet affetwati jinkludu xi wħud f’Għawdex, lill-Mellieħa, il-Mosta u Ħal Qormi, flimkien ma’ xi lokalitajiet oħra fil-madwar.
Jidher illi f’diversi postijiet, id-dawl ġie lura f’anqas minn nofs siegħa.
Il-qtugħ tad-dawl tal-lum isegwi laqgħa li saret jumejn ilu mill-Enemalta mal-MCESD fejn intqal illi mhux ser ikun hemm iżjed blackouts totali.
Din hija l-ħames darba li nqata’ d-dawl mit-23 ta’ Diċembru ‘l hawn bir-riżultat li partijiet kbar ta’ pajjiżna tħallew bla dawl. Ta’ min isemmi wkoll illi darbtejn minn dawn il-ħames darbiet kienu blackouts totali.
Skont dak li qal il-Ministru tal-Enerġija Joe Mizzi, jidher illi pajjiżna għandu tal-inqas sa Frar illi ġej b’din it-tip ta’ inkonsistenza fil-provvista tad-dawl.
//= $special ?>