Internazzjonali

Traġedja f’Alto Adige – 6 mejta u 11 midruba

6 persuni tilfu ħajjithom u 11 oħra spiċċaw midruba wara inident tat-traffiku traġiku f’Alto Adige, fit-tramuntana tal-Italja.

Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħaxija f’Lutago f’Valle Aurina meta għal xi raġuni vettura li kienet qed tinstaq b’veloċità eċċessiva tajret grupp ta’ żgħażagħ Ġermaniżi li l-età tagħhom tvarja bejn l-20 u l-25 sena.

Filwaqt li tlieta mill-ħdax li qed jingħataw il-kura jinsabu f’qagħda kritika – b’waħda minnhom qed tingħata l-kura fi sptar ġewwa Innsbruck, fl-Awstrija, is-sewwieq tal-karozza ġie identifikat bħala żagħżugħ ta’ 28 sena.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li huwa ġie arrestat b’akkużi ta’ omiċidju ankè wkoll minħabba l-fatt li instab li kien qed isuq taħt l-influwenza tal-alkoħol – b’livell 4 darbiet aktar mil-liġi.