Lokali

Botti sottili bejn iż-żewġ kontestanti… u Fearne jistieden lil Abela għall-party tar-rebħa tiegħu

Il-Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne saħaq li hu diġa għandu esperjenza fit-tmexxija hekk kif għal dawn l-aħħar sentejn kellu r-rwol ta’ deputat Prim Ministru u allura skont hu, jaf kif għandu jmexxi l-pajjiż.C

L-istess Fearne ħa l-kredtu li kien hu li kiteb ħafna mill-manifest elettorali Laburista tal-2017

Iżda Robert Abela ma kienx se jħalli lil Fearne jgħaddi bħala l-aktar wieħed b’esperjenza… u malajr fakkru kif hu ma kellux biss Ministeru wieħed bħal ma kellu Fearne f’idejh…. iżda kellu taht ghajnejh l-Ministeri kollha.

Imma biex jagħlaq bil-kbir, Chris Fearne, stieden lir-rivali tiegħu għal party li għandu bbukkjat is-Sibt stess wara l-elezzjoni biex jiccelebra r-rebħa tiegħu… b’Robert Abela jgħid li m’għandu xejn ibbukkjat u li għaldaqstant ma jistax jirreċiproka.

L-elezzjoni tas-Sibt se tkun qed issirf fi 13 il-post differenti – wiehed f’kull distrett – fosthom, fir-Rialto ta’ Bormla. Post li jgib hafna memorji tal-elezzjoni ghal-Leadership li kienet saret fl-1992.