Fi stqarrija li ħareġ il-Partit Laburista fl-aħħar minuti, bi tweġiba għall-artiklu tat-Times of Malta l-istess Partit ikkonferma li kien hemm “ċirkostanzi li ġew indirizzati tul il-proċess”.
It-Times, f’artiklu dalgħodu żvelat li l-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Laburista Robert Abela għamel ilment formali b’allegazzjonijiet ta’ tbagħbis. Skont il-ġurnal, Abela lmenta li f’xi ħinijiet persuni li jaħdmu fil-Ministeru ta’ Chris Fearne kienu ingħalqu f’uffiċju taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista
Minkejja dan, l-istqarrija fl-ebda parti tagħha ma tiċċara x’kienu “ċ-ċirkostanzi fil-proċess” u jekk Robert Abela hux sodisfatt li l-ilment li għamel ġie indirizzat.
Il-Kummissjoni Elettorali qalet li “tista’ tassigura li l-proċess huwa wieħed ġust u diliġenti u li l-ipproċessar tal-informazzjoni b’relazzjoni mal-eliġibbiltà tal-votanti qed issir skont l-istatut tal-partit u r-regoli maqbula mal-partijiet konċernatili”.
//= $special ?>