Internazzjonali

Eluf joħonqu Teheran għall-funeral ta’ Soleimani

Il-Mexxej Suprem Ayatollah Khamene deher emozzjonat

Folol kbar ħonqu t-toroq tal-kapitali Iranjana għall-funeral tal-kmandant militari Qasem Soleimani li nqatel f’attakk bi drone mill-qawwiet Amerikani. L-attakk seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda fuq ordni tal-President Donald Trump; attakk li mal-ewwel qajjem rabja kbira.

Il-Mexxej Suprem Iranjan Ayatollah Khamene deher emozzjonat ħafna waqt li kien qed isir il-funeral ta’ Soleimani, filwaqt li l-folla bdiet tkanta slogans bħal “Mewt għall-Amerika” u oħrajn.

Soleimani, li kellu 62 sena, kien meqjus mill-Istati Uniti bħala terrorista.