Knisja Kultura Lokali

Festa kbira fil-Belt Valletta

Fid-19 ta’ Jannar, l-għaqdiet kollha li jġibu l-isem ta’ San Ġużepp, fl-okkażjoni tal-150 sena minn meta l-qaddis kien ipproklamat Patrun tal-Knisja Universali, se jingħaqdu fil-Belt Valletta fejn ser tkun qed issir festa kbira.

Din iċ-ċelebrazzjoni nazzjonali se ssir fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu u se tkun qed tinkludi pontifikal solenni u purċissjoni madwar it-toroq tal-Belt Valletta bis-sehem tal-Ġużeppini Maltin.

L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna, fid-19 ta’ Jannar se jkun qed jiftaħ din is-sena speċjali b’Pontifikal solenni fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu.

Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta se titlibbes libsa tal-festa mill-għaqdiet tal-armar u kull għaqda se tkun qed ittella’ żewġ bandalori minn tagħha.