Lokali

Għexieren ta’ trakkijiet maqbuda għal sigħat twal fil-Magħtab

Sa minn dalgħodu għexieren ta’ trakkijiet inqabdu għal sigħat twal fil-miżbla tal-Magħtab jistennew li jbattlu it-tgħabijiet ta’ skart tagħhom.

Kienu diversi t-telefonati li rċieva netnews.com.mt minn għadd ta’ sewwieq tat-trakkijiet li għamlu ħin twil eżaġerat jistennew fil-kju biex iħottu t-trakkijiet. It-trakkijiet kienu qed iġorru skart imħallat, skart organiku u skart tal-iskips.

Uħud minn dawk li kellmuna qalulna li t-trakkijiet bdew jinġabru sa mill-10.30am u sa issa għadhom jistennew biex ikun imisshom iħottu. Skont l-istess persuni kien hemm mas-60 trakk wieqaf jistenna.

Għal ħin twil it-trakkijiet iffurmaw serbut minn naħa ta’ fejn jitiżnu sar-roundabout ta’ mat-triq tal-kosta.

Mhux magħruf x’ikkaġuna dan id-dewmien.