Matul il-lejl li għadda f’Beverly Hills tqassmu l-Golden Globes li taw bidu għall-serje ta’ premjazzjonijiet fid-dinja tal-films. Din kienet is-77 edizzjoni tal-Golden Globes.
Fost iċ-ċelebritajiet li rebħu dawn l-unuri kien hemm atturi popolari ferm fosthom, Renee Zellweger, Brad Pitt, Michelle Williams, Russell Crowe u Quentin Tarantino.
L-unur għall-aħjar film mar għal 1917. Nominati għal dan l-unur kien hemm il-films The Irishman, Joker, Marriage Story u The Two Popes. Id-direttur tal-aħjar film Sam Mendes rebaħ l-unur għall-aħjar direttur.
L-unur għall-aħjar attriċi ngħata lil Renee Zellweger fil-film Judy. L-aħjar attur ġie magħul Joaquin Phoenix, l-attur prinċipali fil-film Joker.
Il-film għall-aħjar mużika kien magħżul Rocketman għad-diska I’m Gonna Love Me Again li jkantawha Elton John u Bernie Taupin. U l-film bl-aħjar script kien Once Upon a Time In Hollywood li d-direttur tiegħu kien Quentin Tarantino.
Kien hemm imbgħad il-kategorija ta’ l-aħjar serje televiżiva li ntrebħet mis-serje Succession.
L-attur Brad Pitt rebaħ l-unur għall-aħjar attur fi rwol sekondarju. In-nominati għal din il-kategorija kienu kollha atturi stabbiliti li matul is-snin rebħu ħafna unuri; Tom Hanks, Anthony Hopkins, Al Pacino u Joe Pesci.
L-unur għall-aħjar attriċi fil-kategorija limited series ngħata lil Michelle Williams. Filwaqt li fl-istess kategorija, imma għall-irġiel, ir-rebbieħ kien Russell Crowe.
Matul is-77 edizzjoni tal-Golden Globes kien hemm diversi mumenti li serqu x-xena fosthom ir-reazzjoni tal-attriċi Jennifer Aniston meta ex ragel tagħha, l-attur Brad Pitt rebaħ Golden Globe.
Minn din is-serata toħroġ wkoll il-lista ta’ dawk li libsu l-aħjar ilbies …fejn spikkaw Jennifer Aniston, Kerry Washington, Sienna Miller, Hellen Mirren, Brad Pitt, Daniel Craig u Ramy Malek fost oħrajn.
//= $special ?>