Lokali

Imut Joe Fenech – kien espert tal-mużika klassika

Tħabbret il-mewt ta’ Joe Fenech li kien preżentatur tal-programm Allegro Andante fuq dak li kien Radio 101 illum NET FM. Joe Fenech miet fl-eta’ ta’ 87 sena.

F’dik li hi mużika klassika Radio 101 ħalla f’idejn Joe Fenech. Persuna li bla dubju ta’ xejn kien midħla sew ta’ din -istil ta’ mużika. Qabel ma kien jippreżenta l-programm Allegro Andante, Joe għame madwar 10 snin jippreżenta -programm radjofoniku Mid-Dinja tal-Lirika.

Joe Fenech

Il-funeral ta’ Joe Fenech se jsir għada fid-9:30am fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, San Pawl tat-Targa.

It-tmexxija u l-ħaddiema ta’ Media.Link Communications isellem il-memorja ta’ Joe Fenech u tagħti l-kondoljanzi tagħha lill-familja Fenech