Maria Louisa Scicluna giet ippremjata l-Premju Nazzjonali għall-volontarjat 2019 waqt serata fil-Palazz tal-President f’San Anton.
Din l-attività li tkun organizzata kull sena, għal darb’oħra ġiet organizzata mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.
Dan il-premju jagħti rikonoxximent wiesa’ lill-voluntiera u l-organizzazzjonijiet volontarji f’Malta filwaqt li joħloq kuxjenza u jirrikonoxxi kontribuzzjonijiet f’diversi oqsma.
Maria Louisa Scicluna, bdiet l-involviment tagħha mal-Fondazzjoni OASI fl-1997 u hi vvolontarjat fl-amministrazzjoni u anke għenet diversi familji.
Fl-aħħar snin, Scicluna waqfet grupp ta’ madwar 60 voluntiera biex jagħtu support lill-Fondazzjoni filwaqt li kompliet torganizza diversi laqgħat mal-membri, biex l-entużjażmu dejjem kompla jikber. Fost dawn; bazaar annwali, bejgħ ta’ ħelu tradizzjonali, attivitajiet sportivi, kontribut fl-OASI Cup Run and Walk u fil-Konferenza Nazzjonali tal-Fondazzjoni.
Matul din is-serata kienu premjati wkoll;
Gabriella Meli – Premju għall-Volontarjat taż-Żgħażagħ
Migrant Offshore Aid Station – Premju għall-Organizzazzjoni Volontarja
Tangiers International Company Ltd – Premju Korporattiv tal-Volontarjat



