Atalanta u Juventus fetħu s-sena bl-aħjar mod hekk kisbu rebħet kbar f’darhom kontra Parma u Cagliari rispettivament. Milan bdew l-2020 bi draw f’darhom kontra Sampdoria filwaqt li Bologna salvaw punt lejn it-tmiem.
Juventus kisbu rebħa ta’ 4-0 kontra Cagliari fl-Allianz Stadium. L-eroj kien Cristiano Ronaldo li skorja tripletta, bl-ewwel gowl jasal fid-49 minuta meta ħa vantaġġ minn żball difensiv, qabeż lil Robin Olsen u xeħet f’xibka vojta. Il-Portugiż irdoppja fis-67 minuta minn penalty wara fawl fuq Paulo Dybala. It-tielet gowl wasal fil-81 minuta b’xutt ta’ Gonzalo Higuain li kien imxellef ftit biex minuta wara Ronaldo skorja t-tielet gowl b’xutt fil-baxx.
Atalanta għelbu lil Parma 5-0 fil-Gewiss Stadium. Alejandro Gomez fetaħ l-iskor fil-11-il minuta u Remo Freuler irdoppja fl-34 minuta biex Robin Gosens għamilhom 3-0 fit-43 minuta. Josip Ilicic kompla jkabbar l-iskor mas-siegħa logħob u fil-71 minuta.
Milan spiċċaw draw ta’ mingħajr gowls kontra Sampdoria f’San Siro. F’din il-logħba għamel it-tieni debutt mal-klabb Zlatan Ibrahimovic li daħal Krzysztof Piatek fil-55 minuta iżda minkejja dan Milan naqsu li jsibu x-xibka u kienu viċin li jsofru l-gowl diversi drabi.
Bologna u Fiorentina spiċċaw 1-1 fi Stadio Renato Dall’Ara. Marco Benassi poġġa lil Fiorentina fil-vantaġġ fis-27 minuta b’xutt mill-ewwel li ħabat mal-wieqfa qabel daħal fix-xibka. Bologna evitaw it-telfa fit-93 minuta bi free-kick minn pożizzjoni angolata ta’ Riccardo Orsolini.
Serie A
Atalanta v Parma 5-0, Bologna v Fiorentina 1-1, Juventus v Cagliari 4-0, Milan v Sampdoria 0-0, Lecce v Udinese 6.00pm, Napoli v Inter 8.45pm
//= $special ?>

