Ekonomija Lokali

Skont l-Enemalta, il-cable inqata’ b’ankra

Skont il-kumpanija Enemalta, hemm evidenza raġonevoli li l-cable inqata’ b’ ankra, bl-evidenza turi li l-ankra tkaxxkret f’qiegħ il-baħar, qalet il-cable mit-trinka, u sussegwentement qatgħatu.

Fi stqarrija uffiċjali intqal illi fis-sigħat li ġejjin inġiniera tal-Enemalta u Nexans se jkomplu janalizzaw il-filmati miġbuda mill-bastiment Polar King biex b’hekk jiġi stabbilit x’hemm bżonn li jsir biex jingħata bidu għall-proċess ta’ tiswija.

L-Enemalta qalet li se tkompli taġġorna lill-pubbliku bl-aħħar żviluppi dwar din il-kwistjoni. Iżda waqt li għaddej dan kollu, xorta qed jibqgħu għaddejin is-sitwazzjonijiet ta’ qtugħ fil-provvista tal-elettirku – kif seħħ sal-bieraħ stess.