Internazzjonali

Trump jhedded lill-Iraq b’sanzjonijiet

Ritratt AP News

Il-President Amerikan Donald Trump  qed jhedded lill-Iraq b’sanzjonijiet jekk jitkeċċew it-truppi Amerikani.

Il-Parlament Iraqi kien qed jiddiskuti t-tkeċċija tal-Amerikani minn arthom.

Trump qal lill-ġurnalisti li l-Amerka għandha bażi tal-ajru li swiet il-biljuni ta’ dollari biex inbniet u li l-Amerikani mhux beħsiebhom jitilqu minn hemm jekk ma jitħallsux lura tagħha.

It-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kibret wara l-qtil tal-ġeneral Iranjan Qasem Soleimani f’Baghdad il-ġimgħa li għaddiet.

L-Iran halef vendetta qawwija.

Soleimani, li kellu 62 sena, kien mexxa l-operazjonijiet militari Iranjani fil-lvant nofsani u kien meqjus mill-Istati Uniti bħala terrorist.

Il-fdalijiet tal-ġeneral issa ntbagħtu f’pajjiżu fejn eluf ta’ persun inġabru fit-toroq ta’ Teheran kmieni t-Tnejn biex isellmulu.