Minkejja li ngħatat assigurazzjoni ta’ kumpens lill-bdiewa, rilokazzjoni bir-reqqa tal-ġibjuni u li jsir djalogu mal-partijiet interessati, Infrastructure Malta qabdet u bdiet il-proġett tas-Central Link għalkemm il-Qorti tal-Appell għadha ma ddeċidietx fuq dan il-każ. Każ li se jinstema’ l-ġimgħa d-dieħla.
Fi stqarrija maħruġa minn Bicycle Advocacy Group intqal li l-appellanti għal dan il-proġett jikkundannaw dan bħala parodija tal-ġustizzja fejn id-drittijiet tal-partijiet interessati ma jistgħux raġonevolment jiġu rispettati jekk l-għelieqi se jkunu asfaltati, is-siġar maqlugħa u l-istrutturi vernakulari mġarrfa.
Infrastructure Malta nefqet eluf ta’ ewro f’kampanja biex tagħmel kull tip ta’ talbiet mhux sostanzjati dwar il-proġett biex ma jkunx hemm staġnar totali fi żmien 20 sena.
Il-fatt li x-xogħlijiet qed jibdew issa, qabel il-Qorti tal-Appell kellha l-opportunità li tiddeċiedi dwar il-kwistjoni – huwa sinjal ċar li dan kien dejjem “ftehim lii għandu jsir”.
Offerti għal dan il-proġett ġew maħruġa żmien twil qabel il-permess ta’ ppjanar kien ħareġ – fi sforz ċar biex jitfgħu taħt pressjoni lill-Bord tal-Ippjanar u l-entitajiet l-oħra biex jimxu ma’ dan il-pjan.
L-appellanti fil-każ tas-Central Link ressqu inibizzjoni biex jippruvaw iwaqqfu li x-xogħlijiet jibdew qabel il-Milied allinqas sakemm il-Qorti tal-Appell tiddeċiedi dwar din il-kwistjoni. Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili ddeċidiet li peress li s-sentenza tal-Qorti tal-Appell kienet imminenti, kwalunkwe xogħlijiet li saru ma jkunx irriversibbli u ma jkun hemm ebda ħsara irrevokabbli.
Il-fatt li Infrastruttura Malta lanqas biss irrispettat l-ispirtu ta’ din id-deċiżjoni – u qed tipprova tlesti kemm jista’ jkun xogħol possibbli qabel ikun hemm dan is-smigħ il-ġimgħa d-dieħla, juri biċ-ċar kemm mhux qed jagħtu kas ta’ dak li qed jgħidu l-appellanti.


