Grupp ta’ erba’ persuni attakkaw mara ta’ 55 sena residenti f’Malta. Hu maħsub li s-serqa taqbeż il-valur ta’ €100,000, bil-ħallelin armati b’pistola jiħdulha kollox.
Il-każ seħħ f’Arenzano, f’Genoa, mill-ħallelin li jidher li kienu jafu li l-mara kienet mgħobbija bil-ġojjelli u stennew il-mument opportun biex jaqbżu fuqha.
Il-mara, Taljana minn Alessandria, ilha snin tgħix f’pajjiżna u jidher li tmexxi negozju ta’ bejgħ tal-ġojjelli fuq it-televiżjoni.
Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li tnejn mill-ħallelin kienu qed jistennew f’vettura bil-ħġieġ skur jistennew lit-tnejn l-oħra jwettqu s-serqa. Malli rnexxielhom, huma ħarġu fl-autostrada.
Kienet il-vittma li ċemplet fuq is-servizz tal-emerġenza u fil-post waslu l-Pulizija kif ukoll staff mediku li assistiha. Filfatt hi kienet rikoverata fl-Isptar ta’ Voltrigħal ġrieħi ħfief li ġarrbet. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>