Lokali

Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà soċjali m’għandux idea kemm tiswa ħobża

Wiehed jistenna li l-Ministru responsabbli mill-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali ikun jaf kemm tiwsa ħobża tal-Malti …specjalment meta jkun ghadu kemm indirizza konferenza tal-ahbarijiet dwar il-benefiċċji soċjali għal min hu batut u min ma jistax ilaħħaq mal-għoli tal-ħajja. Izda ohrog il-ghageb…lanqas il-Ministru Michael Falzon ma jafx kemm tiswa’ ħobża tal-Malti.

B’hekk il-Ministru responsabbli mill-glieda kontra l-faqar, jingħaqad ma’ Chris Fearne u Robert Abela…iż-żewġ kandidati għat-tmexxija tal-Partit Laburista li f’Xarabank ma kienux jafu jghidu kemm tiswa ħobża.

Mhux talli hekk talli fit-tweġiba għall-mistoqsija sempliċi, l-Ministru Michael Falzon qal li mhux xogħolu li jixtri l-ħobż.

Fi tmiem il-gimgha li ghaddiet l-aktar mistoqsija li qanqlet interess fuq il-media soċjali mill-programm Xarabank kienet dik dwar kemm tiswa ħobza tal-Malti – Chris Fearne qal li tiswa 25ċ filwaqt li Robert Abela qal li ma jafx kemm hi għax it-tifla ma tħobbhiex. 

Dawn kienu r-risposti ta’ zewg kandidati ghat-tmexxija laburista li eventwament xi hadd minnhom irid ikun Prim Ministru ta’ pajjizna ….izda hadd minnhom ma jaf kemm tiswa dik li probabbilment hi  l-aktar ikel ikkunsmat minn min qed ibati biex ilahhaq mal-għoli tal-ħajja.

Ħobza kbira tal-Malti tiswa madwar ewro.