Lokali

“It’s none of your business” – Joseph Muscat

Fl-ewwel dehra tiegħu fil-pubbliku wara diversi ġranet barra minn pajjiżna, Joseph Muscat għal darb’oħra ħarab milli jwieġeb għad-domandi tal-ġurnalisti.

Mistoqsi mit-Times of Malta dwar min ħallas għas-safra tiegħu f’Dubaj, Muscat wieġeb li dan mhu affari ta’ ħadd…bil-PM jidher viżibbilment skomdu li sab il-media tistennih barra Kastilja.

Għalkemm kien pressat diversi drabi biex iwieġeb. Muscat baqa’ jirrifjuta li jgħid min ħallas għal din is-safra…. safra li swiet iktar minn 15,000 ewro.

Joseph Muscat qatta’ mill-inqas 15 mis-70 siegħa fis-suppost btala tal-familja f’Dubaj f’titjiriet u ħin ta’ stennija fl-ajruporti.

Għal din il-btala, il-Prim Ministru u l-familja tiegħu vjaġġaw 4,000km lejn Dubaj biex qatta’ biss 55 siegħa f’dan il-pajjiż.

Iż-żjara tiegħu f’Dubaj kienet waħda li qajmet diversi mistoqsijiet …u hafna ghadhom jistaqsu x’kien eżatt il-mottiv ta’ din is-safra.