Lokali Qorti

“Nies fil-Kwartieri tal-PL kienu jdejquni; jien qatt ma kont fost il-favoriti ta’ Joseph Muscat” – Anġlu Farrugia

“Il-Partit Laburista ma baqax il-partit li kont nemmen fih jien. Nies li bdew jiffrekwentaw il-Kwartieri Ġenerali ma bdewx jogħġbuni u jien kont niġbed l-attenzjoni dwar dan. Madankollu jien ma kont fost il-favoriti ta’ Joseph Muscat.

“Kienet iddejjaqni meta jien kont Deputat Kap u biex nidħol f’xi uffiċċju ma kontx nista nidħol għax kien bil-‘code’ – darba kellu l-ħajra li jifqa’ l-bieb biex jidħol għax ma kellux aċċess.

“Jien ktibt ittra biex nirreżenja u din ma kinitx ittra ta’ żewġ faċċati biss. Meta jien ġejt mistoqsi biex nirreżenja mill-Partit Laburista lanqas biss kont Malta – u wara staqsejt għaliex kont mitlub biex nirreċenja u dan għax għedt meta Maġistrat ikollu kunflitt dirett – għandu ma jismax il-każ – b’daqshekk ma kontx qed nattakka lill-Maġistrat Audrey Demicoli personalment,”

Dan ħareġ meta kompliet l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia wara nofs-inhar fejn l-ewwel xhud ikun l-Ispeaker Angelo Farrugia attwali tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Huwa tkellem fuq l-intervista li kien ta wara li kien irreżenja mill-Partit Laburista meta kien jagħmel parti minny dak iż-żmien u qal li beda jara moviment fir-raba’ sular fejn kien qed idejjqu.

Meta kien jara ċertu nies deħlin fil-Kwartieri kien jistaqsi -‘dan jew dawn x’qegħdin jagħmlu hemm’. Kien jara persuni bħal Sandro Chetcuti li sema’ li kellu uffiċċju hemm u li kellu aċċess għal xi uffiċċju. Kien irreżenja f’Diċembru tal-2000.

Qal li kien trabba ma’ ċerta nies xellugin bħal Perit Mintoff u kien għamel referenza lil Muscat fuq hekk u qal li wara kellu jirreżenja għad għadda rimarka fuq Maġistrat.

L-Ispeaker qal li darba minnhom u ġieli hu kien jagħmel sas-1.00 am u kien ħareġ mill-uffiċċju biex imur il-‘bathroom’ u raha wieħed li ma kienx midħla mal-Partit Laburista – u qallu li kellu laqa’ hemm. “Dawn kienu affarijiet li bdew idejjquni” u kompla jgħid li ma kienx jaċċetta flus mingħand negozjanti dak iż-żmien.

Huwa qal li trabba f’ambjent li l-flus mhux kollox – kien iben spiżjar u li nies ma kienx jagħafashom, anzi ġieli anke ma kienx jieħu flus lil min ma kellux. Dak iż-żmien kienu ħamsa li jħalltu l-mediċina u kien ikollu ħemel nies u f’ġurnata kien idaħħal ħames liri.

Kien beda fil-Partit Laburista bejn l-1971 u 1975 u kellu xi jgħid u wara daħal fil-Pulizija. Wara li spiċċa kien l-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici li avviċinah biex joħroġ għall-elezzjoni. Wara ġie Alfred Sant u fil-Partit Laburista baqgħet tirrenja l-kontinwinità għal dak li jemmen fih il-Partit Laburista.

Lil Joseph Muscat qatt ma tajtu l-appoġġ u qatt ma qbilt ma’ l-istil tiegħu. Fl-2004 sirt nafu meta kien fil-Parlament Ewropew – kien qal lil Muscat li meta jitla’ l-Partit Laburista għandhom jiġi ndiriizżati.

Meta kien hemm il-kontestazzjoni għal leader qatt ma kien il-favorit ta’ Joseph Muscat. Ix-xhud qal li kien beda jagħmel ukoll pressjoni li biex in-nies ta’ Dom Mintoff iġibhom lura – u kien għamel hekk. Qal li l-Partit Laburista kien iħobbu iżda beda jiddejjaq għax ħass li dan beda jitlef il-valuri tiegħu.

Waħda mill-affarijiet li weġġatu kienet il-kwistjoni tal-enerġija fejn minkejja li kien Deputat Kap qatt ma kien infurmat kif din se titħaddem. Fil-programm Xarabank qal li kien mistoqsi jekk kienx se jorħos id-dawl u hu kien irrisponda fin-negattiv għax ma kienx qed jiġi nfurmat x’kien qed isir.

L-Ispeaker semma wkoll theddid li kien irċieva fuq ħajtu. Huwa qal li qatt ma kien favur moviment li kulħadd jersaq lejn il-Partit Laburista – mbgaħad naraw.

Huwa qal li Partit ikollu l-problemi meta jibda jagħmilha ma’ ċeru nies….qal li fi żmien Alfred Sant huwa kien qajjem diskussjoni fil-partit li min ikun involut f’xi korruzzjoni m’għandu jkollu l-ebda kariga fil-Partit Laburista.

Huwa qal li fir-rigward tal-Power Station kienet il-battalja elettorali tal-2013. Qal li huwa baqa’ fil-Partit Laburista sal-2012 u Konrad Mizzi ħareġ b’saħħtu wara rreżenja tiegħu fejn mill-aħħar stħarriġ li kien sar kellu (Anġlu Farrugia) mal-5,000 vot.

Huwa minn dejjem qabel li l-finanzjament tal-partiti jsir mill-istat u qabel ukoll mal-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami biex il-partiti jkollhom l-istazzjon televiżiv tagħhom.

Qal li kienet saret proposta biex isir “Super Magistrate” biex jinvestiga lil kull min jidhirlu hu – sistema Taljana – imma din kellha bżonn iż-żewġ terzi tal-Parlament u qal li m’għaddietx.

Fuq mistoqsija tal-Avukat Jason Azzopardi – x-xhud qal li hu kien jasal biss sat-tielet sular u qatt ma kien ikun jaf x’qed jiġri fir-raba sular. Kien Keith Schembri li kellu l-kontroll tar-raba sular. Huwa qal li ma kienx involut fil-kampanja elettorali tal-Partit Laburista.

“L-ewwel xahar tal-kampanja – n-Nazzjonalisti kienu għajjenin ħdejn il-Partit Laburista. Imma hawn qed nitkellem kif kont qed inħares lejn il-kampanja minn barra” – qal ix-xhud.

Tkellem ukoll dwar meta kellu jmur fuq Xarabank b’Joseph Muscat jibgħat lil Franco Debono minfloku. Huwa qal ukoll li sakemm kien għadu Deputat Mexxej tal-Partit Laburista qatt ma sema’ li l-Partit kellu f’moħħu li jintroduċi l-iskema tal-passaporti.

Huwa qal ukoll li l-kelma li uża ta’ ‘political murder’ kienet f’lokha fil-kuntest tagħha wara li kellu jagħmel dak li għamel meta kellu l-kariga tat-tieni l-għola fil-partit – dik ta’ Deputat Mexxej.

Fuq l-ittra tal-‘frame-up’ fil-konfront tal-Ministru Chris Cardona qal li huwa bl-ebda mod ma seta’ jagħtih xi forma ta’ protezzjoni. Qal li kitiblu fid-detall fuq dan kollu.