Il-midfielder ta’ Manchester United Paul Pogba għamel operazzjoni fl-għaksa tal-lemin ilbieraħ filgħodu. Il-plejer ta’ 26 sena ftit lagħab f’dan l-istaġun, kawża ta’ problemi kontinwi fl-għaksa. Fuq il-media soċjali, Pogba ta aġġornament li kollox mar kif ippjanat fl-operazzjoni. Hu mistenni jdum erba’ ġimgħat bogħod mill-azzjoni.
Pogba kien irritorna minn problema fl-għaksa u daħal bħala sostitut kontra Watford u Newcastle. Hu tilef il-konfront kontra Burnley, bil-manager Ole Gunnar Solskjaer jgħid dakinhar li kellu bżonn ftit mistrieħ minħabba li kien ilu ma jilgħab.
Fl-ewwel jum tas-sena qabel il-konfront kontra Arsenal, Solskjaer kien qal li l-mediċi ta’ fiduċja ta’ Pogba kien taw suġġeriment li kellu jagħmel operazzjoni. Dan kollu sar waqt li Pogba qed jissemma li jista’ jħalli lill-klabb. L-internazzjonali Franċiż lagħab biss tmien logħbiet f’dan l-istaġun.
//= $special ?>